Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
69
Gwida Rapida Introduttiva għal 3M™ Touch Display
Jekk jogħġbok aqra, ifhem u segwi l-informazzjoni kollha dwar is-sikurezza li hemm f'dan id-dokument qabel l-użu Għal aktar
informazzjoni, ara l-Gwida għall-Utent 3M™ speċifika għall-prodott li tinsab fuq
www.3M.co.uk/TouchUserGuides
. Żomm dawn l-
istruzzjonijiet biex tirreferi għalihom fil-futur.
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn
id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa tan-negozju. Dawn mhumiex
maħsuba jew ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma ġiex evalwat minn 3M u jista'
jwassal għal nuqqas ta' sigurtà. Mhux maħsub għal użu domestiku jew personali.
Spjegazzjoni tal-Konsegwenzi tal-Kliem ta' Twissija
TWISSIJA:
Tindika sitwazzjoni perikoluża, li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal korriment gravi jew mewt
ATTENZJONI:
Tindika sitwazzjoni perikoluża, li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal korriment ħafif jew moderat
u/jew ħsara lill-proprjetà.
AVVIŻ:
Tindika sitwazzjoni li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal ħsara lill-proprjetà.
TWISSIJA
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' vultaġġ perikoluż:
- Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'sors tal-elettriku ertjat sew.
- Uża biss il-wajer tal-elettriku pprovdut minn 3M jew il-wajer tal-elettriku ċċertifikat għall-pajjiż fejn se jintuża Ikkuntattja s-
Servizz Tekniku ta' 3M tiegħek lokali sabiex tordna wajer tal-elettriku ta' sostituzzjoni.
- Timmodifikax jew tisservisja d-displej. Ma hemm l-ebda parti li tista' tiġi sservisjata mill-utent. Is-servisjar jista' jsir biss minn
personal tas-servizz awtorizzat ta' 3M.
- Tużax kwalunkwe parti tas-sistema jekk ikollha l-ħsara (displej, provvista tal-enerġija, wajer tal-elettriku, eċċ).
- Kun ċert li jekk tikkonnettja l-unità mas-sors tal-elettriku din ma toħloqx tagħbija żejda fuq is-sors tal-elettriku.
- Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew sajjetti.
- Tinstallax/tużax barra jew f'post imxarrab.
- Tpoġġix likwidi fuq id-displej.
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' nar:
- L-iżbokk tas-sokit għandu jkun installat viċin tat-tagħmir u għandu jkun aċċessibbli faċilment.
- Meta tuża kwalunkwe soluzzjoni għat-tindif, segwi l-istruzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha fl-Iskeda tad-Data tas-
Sikurezza tal-Materjal tal-manifattur u fuq it-tikketta tal-prodott.
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' nar jew splużjoni:
- Tinstallax jew tuża f'postijiet perikolużi.
ATTENZJONI
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-irfigħ ta' displejs kbar jew tqal:
- Evita perjodi twal f'pożizzjoni skomda waqt l-installazzjoni.
- Fittex l-għajnuna u uża prattiki tajbin għall-immaniġġjar ta' materjali matul perjodi twal ta' integrazzjoni/installazzjoni.
- Aċċerta ruħek li tintuża għajnuna mekkanika għall-irfigħ xierqa meta tqandel displej ta' 65" jew ikbar.
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' ħġieġ miksur:
- Qandel id-displej b'attenzjoni sabiex tevita li tikser it-touch sensor.
- Aċċerta ruħek li l-viti tal-immuntar huma ssikkati sew sabiex tevita li jkun instabbli.
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' ħġieġ miksur jew impatt:
- Dejjem għandek tinstalla l-iskrin tad-displej minn 0 sa 90 grad minn pjan orizzontali. Mhux rakkomandat li tinstalla barra minn
din il-medda.
- Qatt ma għandek timmonta d-displej mal-ħajt mingħajr ma jkollu l-mekkaniżmu tal-irbit f'postu.
- Aċċerta ruħek li l-unità tal-immuntar ma taffettwax ħażin l-istabbiltà tat-tagħmir tat-tarf meta tinstalla f'tagħmir indipendenti jew
tuża l-montatura tal-VESA.
- Tużax kwalunkwe drigħ tal-immuntar ma' dan id-displej sakemm ma jiġix ittestjat għas-sigurtà u ggradat għal tagħbija ikbar mill-
piż tad-displej.
AVVIŻ
Sabiex tnaqqas ir-riskji ta' ħsara lill-proprjetà:
- Tpoġġix oġġetti tqal fuq id-displej jew il-kejbils tiegħu.
- Dejjem uża t-toqob ta' 400 mm tal-VESA meta timmonta x-Chassis Display.
- Tħaffirx toqob oħrajn fl-unità biex timmonta l-pjanċi f'postijiet oħrajn.
- Aqra u segwi l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha.
- Installa biss bl-użu tat-tagħmir tal-immuntar rakkomandat
Summary of Contents for M1500SS MicroTouch
Page 2: ......
Page 7: ...3M Touch Systems 5 3M 3M www 3M co uk TouchUserGuides 3M 3 3 a 3M 3M 65 0 90 VESA VESA...
Page 47: ...3M Touch Systems Inc 45 3M 3M www 3M co uk TouchUserGuides 3M 3M 3M 3 3 65 0 90 VESA VESA...
Page 59: ...3M Touch Systems Inc 57 3M www 3M co uk TouchUserGuides 3M 3M 3M 3M 3M 3M 65 0 90 VESA VESA...
Page 87: ...3M Touch Systems Inc 85 3M 3M www 3M co uk TouchUserGuides 3M 3 3 3 3 65 0 90 VESA VESA...