76
77
MT
MT
3) Ilbies protettiv għal xogħlijiet fejn hemm vultaġġ ħaj u perikli minn arka elettrika
tad-dawl skont IEC 61482-2 Ed. 1:2009 flimkien mal-IEC 61482-1-2 Ed.2:2014
Dan l-ilbies protettiv jevita l-effetti termali tal-arki elettriċi għaliex il-materjal tal-ilbies
mhux fjammabbli u b‘hekk ma jinħallx fuq il-ġilda. Il-funzjoni protettiva tal-ilbies hija
żgurata biss jekk jintlibsu l-partijiet kollha tiegħu. Għall-protezzjoni sħiħa tal-persuna
hemm bżonn ukoll ta‘ tagħmir protettiv ieħor bħal, pereżempju, elmu protettiv/viżier,
ingwanti protettivi. L-ilbies mhux ilbies protettiv b‘iżolazzjoni elettrika, pereżempju
skont EN 50286:1999 „Ilbies protettiv b‘iżolazzjoni elettrika għal xogħol b‘vultaġġ
baxx“.
Klassi tal-arka elettrika 1: 4kA, 0.5s
Klassi tal-arka elettrika 2: 7kA, 0.5s
4) Ilbies protettiv antistatiku skont EN 1149-5:2008
b‘konnessjoni ma‘ EN 1149-3:2004
Għandu jintlibes ilbies konduttiv protettiv flimkien ma‘ żraben konduttivi protettivi
fuq art konduttiva u ertjata. L-effettività antistatika hija biss garantita jekk
il-persuna/ħwejjeġ ikunu ertjati b‘mod xieraq – pereżempju permezz ta‘ żraben
skont EN ISO 20345 bir-rekwiżit addizzjonali A jew żraben tax-xogħol skont
EN ISO 20347 bir-rekwiżit addizzjonali A. L-ilbies għandu jintlibes maqful sew.
Il-partijiet tal-ġisem għandhom jitgħattew kompletament. Dan ifisser li għandu jint-
libes ukoll qalziet bl-istess livell ta‘ protezzjoni. Dan jintuża f‘postijiet potenzjalment
splussivi (eż. taħlit ta‘ arja u gass jew arja u trab) fejn iservi sabiex ma jinħolqux ska-
rigi potenzjalment fjammabbli, u għandu jintnaża‘ barra mill-post ikkonċernat. Wettaq
analiżi tar-riskju speċjali għall-użu speċifiku jekk se jintuża f‘postijiet potenzjalment
splussivi fiż-żona 0 u kull meta jkun hemm xi gassijiet/fwar tal-grupp splussiv IIC.
5) Ilbies protettiv kontra l-kimiċi skont EN 13034:2005+A1:2009 Tip 6
Jipproteġi lil min jilbsu u għal ħin limitat minn ammonti żgħar ta‘ kimiċi tossiċi, aċidużi
jew irritanti. Il-kuntatt mal-kimiċi huwa limitat għal effetti ta‘ titjir jew qtar. L-azzjoni
protettiva eżaminata tirreferi għall-kimiċi msemmija biss.
Prodott
63.64.246
63.64.102
63.64.602
70.43.8
70.43.9
Karatteristika tat-test
Standard tat-test
Klassi
tal-prestazzjoni
Klassi
tal-prestazzjoni
Reżistenza kontra l-grif
EN 530
Klassi 6 minn 6
Klassi 6 minn 6
Forza tensili massima
EN ISO 13934-1
Klassi 5 minn 6
Klassi 5 minn 6
Riżistenza għat-tiċrit
ISO 9073-4
Klassi 3 minn 6
Klassi 4 minn 6
Riżistenza għat-titqib
EN 863
Klassi 2 minn 6
Klassi 2 minn 6
Reżistenza
għall-penetrazzjoni
EN 368
H₂SO₄
30%
P3;R3
P3;R3
NaOH
10%
P3;R3
P3;R3
o-Xylen
P3;R2
P3;R1
Butan-1-ol
P3;R3
P3;R2
Reżistenza tal-ħjatat
EN ISO 13935-2
Klassi 4 minn 6
Klassi 5 minn 6
Test tal-isprej
(test bl-ilbies komplut)
EN ISO 17491-4
ir-rekwiżiti ntlaħqu
ir-rekwiżiti ntlaħqu
Struzzjonijiet rigward il-kura u l-kedd:
It-tagħmir ta‘ protezzjoni personali jeħtieġ kura regolari u adegwata. It-tagħrif fit-tikketta dwar
il-kura tat-tagħmir huwa rilevanti għaż-żamma tiegħu fi stat kemm jista‘ jkun tajjeb u s-sedqa
tal-prestazzjoni protettiva. Ħalli t-tagħmir jinxef fid-dell biss u aħżnu f’post mhux espost għax-
xemx u b‘biżżejjed arja.
Madankollu t-tul tal-użu tal-ilbies jista‘ jitnaqqas sinifikantement mill-kedd jew minn ħsarat. Anki
t-tniġġis minn ħmieġ, umdità, għaraq jew it-tifi tal-kuluri mix-xemx jista‘ jnaqqas it-tul tal-użu.
Fatturi li jistgħu jikkawżaw taqdim huma, fost l-oħrajn:
– Tindif u proċessi ta’ manutenzjoni jew ta’ diżinfezzjoni
– Effetti ta’ temperaturi għoljin jew baxxi jew tat-tibdil fit-temperatura
– Effetti ta’ kimiċi, inkluża l-umdità
– Effetti mekkaniċi (brix, tagħwiġ, pressjoni u tensjoni)
– Kontaminazzjoni, pereżempju minn ħmieġ, żjut, titjir ta‘ metall imdewweb eċċ.
– Kedd
Avviż għall-kura: Wara l-ħasil, l-ilbies għandu jerġa‘ jimtela bi prodott protettiv b‘mod regolari.
Għat-tisdiq tal-protezzjoni kontra l-kimiċi EN 13034 Tap 6 flimkien mal-karatteristiċi retardanti
tal-fjammi fit-tagħmir ta‘ protezzjoni personali, nissuġġerixxu l-prodott għat-trattament tad-ditta
Kreussler (Hydrob FC). Il-mili bil-prodott tal-kura m‘għandux jaffettwa l-funzjonijiet protettivi
l-oħrajn.
Jekk jogħġbok, iċċekkja wara kull ħasla u proċess ta‘ tinxif jekk hemmx tiċrit fit-tessut jew lastku
jitmermer. Dawn it-tnejn huma indikazzjonijiet tal-fatt li m‘għadux iggarantit l-effett protettiv tat-
tessut. Kwalunkwe tiswijiet jistgħu jsiru biss minn ditti kompetenti.
Limiti tal-użu u analiżi tar-riskju:
– It-tagħmir ta‘ protezzjoni personali huwa maħsub għall-perikli preżenti normalment waqt l-
iwweldjar kif ukoll għall-qasam wiesa‘ tal-applikazzjonijiet finali b‘kuntatt fil-qosor mal-fjammi
u s-sħana li ġejja minn radjazzjoni, konvezzjoni u kuntatt.
– L-ilbies m‘għandux effett protettiv b‘iżolazzjoni elettrika u mhuwiex adattat għal xogħlijiet
f‘wajers li minnhom jgħaddi ħafna kurrent.
– L-effett retardanti tal-fjammi jintilef fil-każ li l-ilbies jitniġġes b‘sustanzi fjammabbli jew fjam
mabbli ħafna bħal, pereżempju, żjut, petrol eċċ.
– Għal protezzjoni xierqa u komprensiva jkun tajjeb li wieħed jilbes tagħmir ta‘ protezzjoni perso
nali addizzjonali għar-ras, il-wiċċ, l-idejn u s-saqajn.
– Għal raġunijiet ta‘ sikurezza mhumiex permessi l-modifiki arbitrarji.
– L-ilbies bil-ħsara jew imniġġes jew milbus b‘mod mhux korrett jew mingħajr ma jiġu osservati
l-istruzzjonijiet tas-sikurezza jikkawża riskju ta‘ ħruq, korrożjoni tal-ġilda jew xokk elettriku.
– Barra minn hekk, hemm riskju ta‘ ħsara irriversibbli jekk l-l-esponiment għar-riskju jaqbeż il-
livell jew it-tul ittestjat u jsir għal riskji kkombinati.
Summary of Contents for 63.64.1
Page 46: ......
Page 47: ...ESBO0015 V3 ...