84
jew irriċiklah b’mod responsabbli. Tħajjar agħmel użu mill-ġdid b’mod sostenib-
bli tar-riżorsi materjali. Nistednuk tikkuntattja lill-aġent jew issaqsii lill-kunsill
lokali tiegħek biex issir taf fejn u kif tista’ tirriċikla l-Parrot Flypad/Parrot Swing.
GARANZIJA
Għall-kundizzjonijiet tal-garanzija, tajjeb li tirreferi għat-Termini u l-Kundizzjoni-
jiet Ġenerali tal-Bejgħ tal-aġent minn fejn tkun xtrajt il-prodott.
DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ UE (PARROT FLYPAD)
PARROT DRONES SAS, 174 quai de Jemmapes, 75010 Paris, France, tid-
dikjara taħt ir-responsabbiltà tagħha li l-prodott deskritt f’din il-gwida għall-użu
huwa konformi mal-istandards tekniċi EN 301489-17, EN300328, EN71-1,
EN71-2, EN71-3, EN62115, EN62321 (1-7) skont id-dispożizzjonijiet tad-Diretti-
va 1999/5/KE dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjo-
nijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (R&TTE), id-Direttiva
2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir
elettriku u elettroniku (RoHS) u d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali
tal-prodotti.
http://www.parrot.com/ce/?parrot-flypad
DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ UE (PARROT SWING)
PARROT DRONES, 174 quai de Jemmapes, 75010 Paris, France, tiddikjara
taħt ir-responsabbiltà tagħha li l-prodott deskritt f’din il-gwida għall-użu huwa
konformi mal-istandards tekniċi EN 301489-17, EN300328, EN71-1, EN71-
2, EN62115 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE dwar it-tagħmir
tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċi-
proku tal-konformità tagħhom (R&TTE) u d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà
ġenerali tal-prodotti. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tinsab fuq:
www.parrot.com/fr/ce/?parrot-swing
BATTERIJA
TWISSIJA: In-nuqqas ta’ konformità mal-istruzzjonijiet jista’ jwassal għal ġrieħi gra-
vi, ħsara li ma tissewwiex u ħruq, ħruġ ta’ duħħan jew splużjoni.
Dejjem iċċekkja l-istat tal-batterija qabel tiċċarġjaha jew tużaha. Biddel il-batterija
jekk tkun waqgħet, jew tibda tarmi riħa, tkun saħnet iżżejjed, biddlet il-kulur jew
nixxiet. Qatt tuża ċarġer tal-batterija ieħor ħlief dak approvat ta’ LiPo. Dejjem uża
ċarġer li jibbilanċja ċ-ċelloli LiPo jew bilanċjatur taċ-ċelloli LiPo. Qatt tiċċarġja bil-
mod, jew b’vultaġġ inqas minn 2,5 V kull ċellola. It-temperatura tal-batterija qatt ma
għandha taqbeż is-60 °C (140 °F) inkella l-batterija tista’ ssirilha l-ħsara jew tinħa-
raq. Qatt tiċċarġja fuq wiċċ li jista’ jaqbad, ħdejn materjal li jista’ jaqbad jew ġo vettu-
ra (preferibbilment poġġi l-batterija f’kontenitur li ma jistax jaqbad u li jkun dielet-
triku). Qatt tħalli l-batterija minn taħt għajnejk meta tkun qed tiċċarġja. Qatt
m’għandek iżżarma jew tbiddel il-kejbils tal-kaxxa, jew ittaqqab iċ-ċelloli. Kun ċert li
l-output tal-vultaġġ taċ-ċarġer jikkorrispondi mal-vultaġġ tal-batterija.
Tpoġġix il-batteriji f’ċirkwit qasir. Qatt tħalli l-batterija LiPo fl-umdità jew
direttament fix-xemx, jew f’post fejn it-temperatura tkun ogħla minn
60°C (pereżempju f’karozza taħt xemx diretta). Dejjem żommu ‘l bo-
għod mit-tfal.
Summary of Contents for Swing
Page 2: ......
Page 3: ...English 4 български 22 hrvatski 38 Magyar 54 Maltese 70 Română 86 Cрпски 102 Slovenščina 118 ...
Page 21: ...21 ENGLISH ...
Page 134: ......
Page 135: ......
Page 136: ......