5
Kif tqabbad ir-regolatur (valv ta' tnaqqis)
•
Dejjem iċċekkja l-gasket fuq il-valv taċ-ċilindru tal-gass qabel ma timmonta r-regolatur.
•
Issikka r-regolatur u ċ-ċilindru tal-gass flimkien b'idek bil-għajnuna tal-iskorfina bil-kamin tax-xellug fuq ir-regolatur. JEKK JOGĦĠBOK INNOTA! Tużax
għodda!
•
Waħħal il-klamp tal-pajp u mbagħad agħfas u ilwi l-pajp f'postu fuq il-connection nipple tar-regolatur. Iġbed il-klamp tal-pajp b'mod sod biex jissikka.
•
Iċċekkja li l-konnessjonijiet kollha jkunu ssikkati billi xxarrabhom b'ilma bis-sapun. Jekk jiffurmaw il-bżieżaq, allura jkun hemm tnixxija, f'liema każ għandek
tagħlaq il-gass fuq iċ-ċilindru biex tikkoreġi t-tnixxija. Irrepeti l-proċess u ċċekkja l-konnessjonijiet mill-ġdid b'ilma bis-sapun sakemm tkun sodisfatt li
l-konnessjonijiet kollha jkunu ssikkati.
Kif tqabbad il-grill
Tużax il-grill tal-gass qabel ma tkun iċċekkjat li l-partijiet kollha li jkun fihom il-gass ikunu ssikkati u sħaħ. Hawn taħt hawn l-istruzzjonijiet biex tistartja l-grill.
1. Dejjem iftaħ l-għatu waqt li tkun qed tqabbad in-nar.
2. Iftaħ il-valv fuq iċ-ċilindru tal-gass.
3. Agħfas il-pum 'il ġewwa u dawru kwart fl-istess ħin biex tqabbad il-burner.
4. Uża idek l-oħra biex tagħfas il-buttuna start, li tinsab fin-naħa ta' taħt tal-parti ta' quddiem tal-grill. (Hemm buttuna start separata għal kull par burners)
5. Żomm il-pum magħfus għal ftit sekondi, imbagħad aġġusta s-sħana billi tuża l-pum sakemm tinkiseb it-temperatura mixtieqa.
6. Irrepeti l-proċedura t'hawn fuq bil-kontrolli għal kull burner biex tqabbad iktar burners.
7. Agħlaq ir-regolatur fuq iċ-ċilindru tal-gass meta tkun trid titfi l-burners. Stenna sakemm in-nar ikun intefa u mbagħad dawwar il-pum għal kull burner fuq
il-pożizzjoni mitfija.
Iċċekkjar regolari u manutenzjoni
Ċilindru tal-gass
•
Itlob lill-aġent/ħanut lokali tiegħek biex jiċċekkjaw iċ-ċilindru tal-gass kull darba li tibdlu jew timlih bil-gass.
Pajp u regolatur
•
Il-lastku għandu ħajja utli qasira u jittiekel maż-żmien. Ilwi l-pajp u ibdlu immedjatament jekk tiskopri kwalunkwe xquq fil-lastku!
•
Iċċekkja l-gasket tal-lastku fuq il-konnessjoni li tkun issikkata fiċ-ċilindru tal-gass biex tiżgura li ma jkunx imxaqqaq jew niexef.
Burners
•
Dawwar il-pum fuq il-pożizzjoni massima u aħraq kwalunkwe xaħam u żjut għal ħames minuti wara li ssajjar.
•
Naddaf il-burners kif deskritt hawn fuq wara kull użu tal-grill - marinati residwi u xaħam/żjut jistgħu jikkawżaw ħsara lill-partijiet tal-metall tal-grill.
•
It-toqob tal-burners jistgħu jitnaddfu b'pipe cleaner jew sustanza simili.
Gradilji tal-grill tal-istainless steel
•
Żomm il-gradilji tal-grill nodfa billi ddawwar il-pum tal-burner fuq il-pożizzjoni massima u taħraq ix-xaħam u ż-żjut għal ħames minuti wara li ssajjar. Uża
xkupilja tal-gradilja tal-grill jew oġġett simili biex tneħħi kwalunkwe ħmieġ Ii jkun partikularment diffiċli biex jitneħħa.
•
Aħsel il-gradilji bil-misħun u deterġent likwidu darba jew darbtejn kull staġun.
JEKK JOGĦĠBOK INNOTA! TUŻAX solventi!
Parti tal-grill
•
Uża ħakkieka tal-plastik jew tal-injam biex tobrox iż-żjut/xaħam min-naħa ta' ġewwa tal-grill. Ilma bis-sapun u sponża huma rakkomandati għal proċess ta'
tindif aktar bir-reqqa. Hu importanti li tiżgura li r-regolatur u l-valvi ma jixxarbux.
•
Hu importanti li żżomm il-parti ta' ġewwa tal-grill nadifa - inkella jkun hemm riskju li x-xaħam u l-żjut li jifdal jieħdu n-nar.
Drip tray
•
Iċċekkja r-ramel fid-drip tray regolarment biex tiżgura li jkun xott u nadif. Ibdel ir-ramel meta jkun hemm bżonn. (Uża ramel fin jew ramel tal-kaxxa tal-
ħmieġ tal-qtates)
Parti ta' barra/qafas tal-grill
•
Uża ilma bis-sapun biex taħsel il-parti ta' barra tal-grill u mbagħad imsaħha biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda marinata jew xaħam/żjut residwi li jistgħu
jikkawżaw korrużjoni tal-grill.
Twissija!
Tużax il-grill bl-għatu magħluq f'temperatura 'l fuq minn 250°C. Dan jista' jikkawża ħsara serja u tibdil fil-kulur tal-grill.
Twissija!
Uża tagħmir adattat meta taqbad/tmiss ikel jaħraq jew partijiet jaħarqu tal-grill.
Twissija!
QATT tuża ilma biex titfi nar jew fjammi tal-gass ġol-grill, għax dan jista' jikkawża ħsara serja lill-grill u jista' wkoll iwassal għal korriment personali.
Twissija!
Qatt tuża l-grill f'żoni magħluqin jew b'saqaf fuqhom.
Twissija!
Qatt tħalli l-grill waħidħa meta tkun qed tintuża, u żomm lit-tfal u annimali domestiċi f'distanza sigura mill-partijiet jaħarqu tal-grill.
MT
Summary of Contents for BBQ GRILL 100 GAS
Page 1: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS EN ...
Page 7: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS BG ...
Page 13: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS CZ ...
Page 19: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS AT ...
Page 25: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS DE ...
Page 31: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS CH ...
Page 37: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS DK ...
Page 43: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS GR ...
Page 49: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS ES ...
Page 55: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS EE ...
Page 61: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS FI ...
Page 67: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS FL ...
Page 73: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS FR ...
Page 79: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS HR ...
Page 85: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS HU ...
Page 91: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS IS ...
Page 97: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS ITA ...
Page 103: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS LTU ...
Page 109: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS LV ...
Page 115: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS LX ...
Page 121: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS MT ...
Page 127: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS NL ...
Page 133: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS NO ...
Page 139: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS PL ...
Page 145: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS PT ...
Page 151: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS RO ...
Page 157: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS SWE ...
Page 163: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS SK ...
Page 169: ...BBQ GRILL 300 GAS BBQ GRILL 200 GAS BBQ GRILL 100 GAS TK ...