114
• Waqt li jkun qed juża l-għodda, l-operatur għandu
jadotta qagħda xierqa iżda ergonomika. Żomm
pożizzjoni soda u evita qagħda ta’ tfixkil jew
żbilanċjata.
• Żomm idejk ħafifa, iżda sikura fuq l-għodda għaliex
ir-riskju mill-vibrazzjoni jkun ġeneralment akbar meta
wieħed iżommha b’forza akbar.
• Jista’ jkun hemm riskji residwi relatati ma’ perikli
ta’ xogħol repetittivi bħat-tul taż-żmien tal-użu fir-
rigward tal-pożizzjonijiet u l-forzi tax-xogħol. Għal
tali informazzjoni huwa rrakkomandat li tikkonsulta
EN 1005-3 u EN 1005-4.
• Żliq, tfixkil u waqgħat huma kawżi maġġuri ta’
korriment fuq il-post tax-xogħol. Oqgħod attent għall-
uċuħ li jiżolqu meta tħaddem l-għodda.
• Ipproċedi b’attenzjoni akbar f’postijiet mhux familjari.
Jistgħu jkunu jeżistu perikli moħbija, bħal linji tal-
elettriku jew ta’ utilitajiet oħrajn.
• Jekk l-għodda tintuża f’żona fejn hemm trab statiku,
tista’ xxerred it-trab u tikkawża periklu. Jekk possibbli
dawwar l-egżost (E) lil hinn minn dawn iż-żoni.
• Fejn jinħolqu perikli ta’ trab, il-prijorità għandha tkun li
jiġu kkontrollati fil-punt ta’ emissjoni.
Struzzjonijiet għat-tħaddim
Konnessjoni tal-kompressur
• Ikkonnettja l-konnessjoni fuq il-pajp flessibbli tal-arja
mal-plakka tal-arja tal-għodda (H).
Imla u żvojta l-fastener
•
Ikkonnettja l-kompressur qabel ma ddaħħal
l-imsiemer. Jekk iddaħħal l-imsiemer qabel ma jiġi
kkonnettjat il-kompressur, l-imsiemer jistgħu jiġu
sparati bi żball. Ipponta ż-żennuna ’l bogħod minn
kwalunkwe persunal u żomm is-saba’ ’l bogħod mill-
grillu meta timla l-fastener.
• Daħħal l-imsiemer fl-għodda b’magażin ta’ “2 stadji”:
· Daħħal l-istrixxa tal-imsiemer fil-magażin (I)
sakemm l-istrippa tal-imsiemer tkun qabżet
l-istopper tal-imsiemer.
· Iġbed il-pusher sakemm ikun lil hinn mill-istopper.
· Irrilaxxa l-pusher b’mod ġentili sabiex tingaġġa
l-istrixxa tal-imsiemer u ddaħħalha fil-ponta ta’
quddiem.
• Neħħi l-imsiemer mill-għodda b’magażin ta’ “2 stadji”:
· Agħfas il-liver tar-rilaxx fuq il-pusher u mejjel
l-għodda sabiex iżżerżaq l-istrixxa tal-imsiemer
lejn in-naħa ta’ wara tal-magażin.
· Agħfas l-istopper tal-imsiemer u żerżaq l-istrixxa ’l
barra.
• Daħħal l-imsiemer fl-għodda b’magażin ta’ “3 stadji”:
· Iġbed il-pusher lejn il-parti ta’ wara sakemm ikun
illokkjat mal-magażin fil-pożizzjoni fuq wara.
· Daħħal l-istrixxa tal-imsiemer fil-magażin (I).
· Irrilaxxa l-pusher b’mod ġentili sabiex jimbotta
l-imsiemer fiż-żennuna
• Neħħi l-imsiemer mill-għodda b’magażin ta’ “3 stadji”:
· Iġbed il-pusher għall-pożizzjoni tal-illokkjar ta’
wara.
· Oħroġ l-imsiemer barra mill-magażin (I).
• Daħħal l-imsiemer f’magażin li jista’ jimtela mill-ġenb:
· Attiva l-buttuna ta’ taħt iż-żennuna tal-provvista
tal-arja (C), u l-għatu tal-magażin (I) ikun jista’
jinġibed lura.
· Daħħal l-imsiemer fil-magażin u agħlaq l-għatu
tal-magażin (l).
· Kun żgur li l-ponta tal-musmar tkun dejjem wieqfa
fil-qiegħ tal-magażin.
• Żvojta l-imsiemer mill-magażin li jista’ jiġi żvujtat mill-
ġenb:
· Attiva l-buttuna ta’ taħt iż-żennuna tal-provvista
tal-arja (C)
· Iġbed lura l-għatu tal-magażin (I) u neħħi
l-imsiemer.
L-aġġustament tal-fond tal-
penetrazzjoni tal-imsiemer
• L-għodda tista’ tiġi mgħammra b’aġġustament tal-fond
tal-penetrazzjoni tal-imsiemer (A). Ittestja l-fond tal-
penetrazzjoni tal-imsiemer fuq biċċa ħażina għar-rimi
qabel ma tibda xogħlok.
• Dawwar in-knob (A) jew uża l-hex key biex taġġusta
l-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer.
• Irrepeti l-proċedura ta’ hawn fuq sakemm issib
is-setting tal-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer li
tixtieq.
It-tħaddim tal-għodda
• L-għodda tista’ tiġi mgħammra b’wieħed mil-grilli (F)
msemmija hawn taħt:
Grillu sekwenzjali uniku
• Biex tattwa l-imsiemer, agħfas il-brekit tas-sikurezza
mal-biċċa tax-xogħol, u iġbed il-grillu.
• Biex tattwa l-imsiemer mill-ġdid, ikollok bżonn
tirrilaxxa l-brekit tas-sikurezza kompletament u
tirrilaxxa l-grillu qabel ma tirrepeti l-proċedura ta’
hawn fuq.